Ivvjaġġa Pass Lura fl-Istorja – “1732: Żjara fit-Teatru Manoel”
Fl-1732, il-bibien tat-Teatru Manoel – it-Teatru Nazzjonali ta’ Malta - infetħu għall-ewwel darba, u minn dakinhar ’l hawn, qatt ma ngħalqu. It-Teatru għex, ħalla impatt, u baqa’ marka fil-qalba kulturali ta’ Malta, anke fi żminijiet ta’ gwerra u pandemiji.
Aqta’ mill-ġenn tat-toroq tal-Belt u vvjaġġa lura fiż-żmen ġewwa dan it-teatru antik, wieħed mill-eqdem fl-Ewropa. Żur dan il-post maġiku fi vjaġġ ta’ siegħa mimli storja u daħk, mal-gwida u attur Jeremy Grech. Isma’ dwar argumenti bejn il-kavallieri, skopri fejn l-Innu Malti ndaqq għall-ewwel darba, u ara x’hemm mistur wara l-kwinti.
Esperjenza sabiħa għal kull età – għax kull roqgħa tat-Teatru għandha storja x’tirrakkonta.

Info
Sena tal-produzzjoni
2025
Producer
Teatru Manoel
Localita
Teatru Manoel
Fit-Teatru
24/07/2025