Fit-Teatru 09/03/2025

Rossini's Week: Il Barbiere di Siviglia

Rossini's Week: Il Barbiere di Siviglia

6 +

Ġeneru

Opera

Tul

1h 30min

Agħżel l-Avveniment
Il Barbiere di Siviglia huwa l-aktar xogħol famuż ta’ Gioacchino Rossini – opra komika f’żewġ atti, b’librett ta’ Cesare Sterbini, ibbażat fuq id-dramm komiku Franċiż li jġib l-istess isem miktub minn Pierre Beaumarchais fl-1775.

Din il-produzzjoni ġdida hija diretta minn Paul Carr, bi tmexxija mużikali ta’ Mro. Michael Laus u bis-sehem ta’ Leonardo Ferrando bħala l-Konti ta’ Almaviva, Felipe Oliveira bħala Don Bartolo, Heather Lowe bħala Rosina, u André Morsch bħala Figaro il-barbier. Pavlo Barakin jaħdem ilparti ta’ Basilio, James Agius ta’ Fiorello u Alexandra Camilleri Gambin ta’ Berta. It-tmexxija mużikali hija ta’ Mro Michael Laus li jidderiġi l-Malta Philharmonic Orchestra. KorMalta jieħdu sehem taħt id-direzzjoni ta’ Riccardo Bianchi.

L-opra Il Barbiere di Siviglia kienet ikkummisjonata mill-impreżarju tat-Teatro Argentina fl-aħħar tas-sena 1815, meta Rossini kellu kważi 24 sena.

Rosina, taħt il-protezzjoni ta’ Dr. Bartolo, kienet miżmuma maqfula f’kamritha minn Bartolo għax kien qed jippjana biex jiżżewwiġha, għalkemm hi kienet tobogħdu. Iż-żagħżugħ Konti Almaviva kien iħobbha mill-bogħod u uża diversi kostumi bil-moħbi fl-attentati tiegħu biex jirbaħha, anke wieħed bħala Alonzo, għalliem sostitut tal-mużika. Il-barbier makakk ta’ Bartolo, Figaro, kellu sehem kontrih f’din il-biċċa. Fil-verità, kien Figaro stess li seraq il-muftieħ tal-kamra ta’ Rosina biex jgħaddiha lil Almaviva. B’xorti ħażina, Almaviva kien imlibbes bħala Alonzo meta ltaqa’ ma’ Rosina. Għalkemm kienet tħobb lil ‘Alonzo’, Bartolo bis-suspetti tiegħu, ikkonvinċa lil Rosina li Alonzo ried jisraqha u jbigħha lil xi konti ħażin. Iddiżappuntata, hija qablet li tiżżewweġ lil Bartolo dak il-lejl stess. Figaro kellu bżonn l-inġenwità kollha tiegħu biex jibdel lil Konti Almaviva ma’ Bartolo waqt iċ-ċerimonja taż-żwieġ.

Shows

Data
Teatru Manoel

Teatru Manoel

Teatru Manoel

Ixtri biljett

Data

Info

Klassifikazzjoni

6 Years & Over

Sena tal-produzzjoni

2025

Producer

Teatru Manoel

Localita

Teatru Manoel

Fit-Teatru

09/03/2025