Fit-Teatru 26/10/2024

An Evening of Operatic Arias

An Evening of Operatic Arias

Ġeneru

Mużika

Tul

1h 30min

Agħżel l-Avveniment
Sa mid-debutt tiegħu fir-Royal Opera House fl-2013 bil-Vepres Siciliennes taħt it-tmexxija ta’ Pappano, it-tenur Malti Nico Darmanin stabilixxa ruħu bħala esponent ewlieni tar-repertorju tal-bel canto.

Huwa reġa’ lura lejn il-maħbuba Malta tiegħu u lejn it-Teatru Manoel għal din il-wirja speċjali ta’ arji operistiċi flimkien mas-sopran Elena Brazhnyk u akkumpanjati fuq il-pjanu mill-kunduttur Adrian Kelly.

Il-partijiet kurrenti u riċenti li għandu Nico Darmanin bħalissa jinkludu fost oħrajn, Conte Almaviva (Teatro la Fenice, Opera National de Lorraine, Welsh National Opera, Opera Holland Park), Don Ramiro (Scottish Opera, The Grange Festival), Ernesto (Opera de Dijon, Welsh National Opera, Estonian National Opera) Alfredo (Opera de Limoges, Opera North, Estonian National Opera), Conte Belfiore (Pesaro Rossini Festival), Don Ottavio (Opera de Bordeaux, Israeli Opera, Nederlandse Reisopera, Oper Vlaanderen) Tenur Taljan fir-Rosenkavalier (Oper Vlaanderen), Le Comte Ory (Dorset Opera), u Rodrigo f’Otello ta’ Rossini (Teatru Manoel, fil-Belt Valletta). Fuq il-pjattaforma tal-kunċerti, Nico ta recitals fl-Istati Uniti u l-Kanada kif ukoll fl-Ewropa u deher bħala Nicias (Thais) u Osiride (Mose in Egitto) maċ-Chelsea Opera Group. Riċentement huwa ħadem il-parti ta’ Rimbaud f’Robert le Diable ma’ Minkowski fl-Opera National de Bordeaux. Din il-prestazzjoni għadha kif ħarġet fuq diska. Reġistrazzjonijiet oħrajn li rrikordja huma bil-mużika ta’ Arthur Sullivan u diska bil-kanzunetti ta’ Massenet, it-tnejn li huma ma’ Richard Bonynge. Il-pjanijiet għall-futur jinkludu ingaġġ f’Glyndebourne, id-debutt tiegħu fit-Teatro Regio ta’ Turin u wirja flinkien ma’ reġistrazzjoni ta’ Fausto ta’ Bertin mat-Theatre Champs Elysee.

Is-sopran Elena Brazhnyk studjat it-tmexxija tal-korijet fl-Università Nazzjonali tal-Kultura u l-Arti ta’ Kiev (2002-2007, fil-klassi ta’ A. Mahrlevsky u N. Krechko) u l-kant fl-Akkademja Nazzjonali tal-Mużika Tchaikovsky tal-Ukrajna (2007-2012, fil-klassi ta’ E. Miroshnychenko u L. Semenenko). Matul l-istudji għamlet id-debutt operistiku tagħha fil-parti ta’ Marfa (‘The Tsar’s Bride,’ ta’ Rimsky-Korsakov). Elena Brazhnyk ipparteċipat ukoll fil-master class ta’ Vilma Vernocchi. Fl-2016, iddebuttat fl-Opera Nazzjonali tal-Estonja bl-irwol ta’ Gilda fir-Rigoletto ta’ Verdi. Sa minn Lulju tal-2022 hija saret is-solista tal-Opera Nazzjonali tal-Estonja. Elena hija l-finalista tal-Kompetizzjoni tal-Kant Klaudia Taev (2015), il-lawreata tal-Premju ta’ Harjumaa County Theatre (2024) u tal-SEB Audience Award (2024).

Il-kunduttur Ingliż Adrian Kelly, li se jakkumpanja lill-kantanti, sar membru tal-Young Artists Programme tar-Royal Opera House, f’Covent Garden wara li temm l-istudji tiegħu fl-Unviersità ta’ Cambridge. Wara laħaq għalliem fil-Hamburg State Opera. Huwa wkoll id-Direttur Artistiku tal-Buxton International Festival, u l-kunduttur prinċipali mistieden tas-Salzburger Landestheater, fejn qabel kien ukoll Direttur Mużikali. Ħadem ta’ spiss fis-Salzburg Festival waqt li ħadem ukoll ma’ kundutturi oħrajn bħal Antonio Pappano, Mark Elder, Peter Schneider, Nicola Luisotti, Philippe Jordan u Simone Young. Ilu direttur mużikali tal-Young Singers Project waqt is-Salzburg Festival sa mill-2015.

Shows

Data

Teatru Manoel

Teatru Manoel

Ixtri biljett

Data

Info

Sena tal-produzzjoni

2024

Producer

Teatru Manoel

Localita

Teatru Manoel

Fit-Teatru

26/10/2024