Fit-Teatru 01/11/2024

Għażiż Francis

Għażiż Francis

10+

Ġeneru

Drama

Tul

1h 30min

Agħżel l-Avveniment
Għażiż Francis mhijiex biografija ta’ Francis Ebejer, imma hija produzzjoni drammatika li tinseġ sensiela ta’ memorji u ħsibijiet fuq, bla dubju, l-aktar drammaturgu importanti ta’ Malta u rumanzier tal-perjodu ta’ wara l-gwerra sakemm miet fl-1993. Peter u Pinu jidħlu f’taħdita li titfa’ dawl fuq il-laqgħat u l-memorji personali tagħhom, minsuġa ma’ xeni animati ta’ uħud mid-drammi, poeżiji u kitbiet oħra l-aktar memorabbli ta’ Ebejer.

Ebejer kiteb il-biċċa l-kbira tal-istejjer tiegħu bl-Ingliż u l-biċċa l-kbira tad-drammi tiegħu bil-Malti, anke jekk kien jittraduċi ħafna minnhom bl-Ingliż hu stess. Filwaqt li l-ewwel drammi sperimentali tiegħu ġegħluh jinħabb mal-kritiċi tat-teatru, id-drammi li kiteb fis-sebgħinijiet kienu aktar reżonanti mal-udjenzi tat-teatru fejn il-biljetti kienu jinbiegħu sew. Dan jista’ jkun il-każ minħabba l-mod ta’ kif kien ipinġi b’mod realistiku l-klassi medja f’Malta ta’ wara l-Indipendenza.

Għażiż Francis ittella’ għall-ewwel darba fl-2007 bħala parti mill-Festival Internazzjonali tal-Arti ta’ Malta, u se jerġa’ jingħata l-ħajja biex jitfakkar iċ-ċentinarju mit-twelid ta’ Ebejer fl-1925, b’din il-produzzjoni li se ddur diversi lokalitajiet f’Malta fl-2025. Din il-produzzjoni hija ddedikata għal dawn kollha li kienu jafu, ħadmu u argumentaw ma’ Francis: l-atturi, id-diretturi, it-tradutturi u l-istudenti tiegħu.

Id-dramm jinkludi fih Davide Tucci u Sean Borg fil-partijiet prinċipali u xi tużżana mill-aqwa atturi ta’ Malta oħra. Peter Busuttil se jmexxi din il-produzzjoni. Ir-riċerka, l-adattament, u l-iskript huwa ta’ Marco Galea, ibbażat minn fuq id-drammi u r-rumanzi ta’ Francis Ebejer. Il-mużika hija ta’ Aldo Spiteri u ta’ Mark Spiteri.

Cast:

Sean Borg

Davide Tucci

Marjanna Attard

Sean Briffa

Sarah Camilleri

Daniela Carabott Pawley

Manwel Cassar

Mariah Connor

Mariah Debattista

Talitha Dimech

Yvette Grech Buhagiar

Esther Marie Grixti

Kelly Peplow

Jason Scerri

Jesmond Zerafa

Shows

Data

Teatru Manoel

Teatru Manoel

Ixtri biljett

Data

Info

Klassifikazzjoni

10 years & over

Sena tal-produzzjoni

2024

Producer

Teatru Manoel

Localita

Teatru Manoel

Fit-Teatru

01/11/2024