Fit-Teatru 27/09/2024

150 Years of Music

150 Years of Music

8 +

Ġeneru

Kunċert

Tul

1h 30min

Agħżel l-Avveniment
Is-Soċjetà Filarmonika King’s Own, waħda miż-żewġ każini tal-baned ċiviċi tal-Belt Valletta, din is-sena qiegħda tiċċelebra l-anniversarju tal-mija u ħamsin sena. Biex jiċċelebraw din il-ġrajja importanti, il-kumitat organizzattiv ippjana avveniment magguri għal kull xahar tas-sena 2024 kollha. L-avvenimenti jvarjaw minn avvenimenti reliġjużi sa dawk kulturali, edukattivi u, naturalment, dawk mużikali. Din is-sena, s’issa diġa itellghu mhux anqas minn erba’ kunċerti mużikali, tlieta f’Malta u wieħed fil-Bażilika ta’ San Duminku f’Bolonja, il-belt fejn huwa midfun il-qaddis protettur tas-Soċjetà.

Il-kunċert ta’ llum, li jismu Mija u Ħamsin Sena ta’ Mużika, huwa l-avveniment tas-Soċjetà għax-xahar ta’ Settembru 2024. Dan il-kunċert huwa maħsub biex jieħu lill-udjenza dawra mal-istili differenti tal-mużika li saħħret udjenzi differenti matul il-biċċa l-kbira tal-aħħar seklu, b’uħud mis-siltiet magħżula li se jindaqqu għall-ewwel darba minn banda ċivika maltija.

Il-Banda King’s Own se titmexxa mill-bakketta tad-Direttur Mużikali tagħha Dr. John Galea, bil-parteċipazzjoni ta’ diversi artisti lokali.

Shows

Data

Teatru Manoel

Teatru Manoel

Ixtri biljett

Data

Info

Klassifikazzjoni

8 Years & Over

Sena tal-produzzjoni

2024

Producer

King's Own Phiharmonic Society

Localita

Teatru Manoel

Fit-Teatru

27/09/2024