L-MPO tippreżenta programm mimli faxxinu mistiku u eleganza neoklassika taħt id-direzzjoni ta’ Quentin Hindley. Vajrayana ta’ Camille Pépin tiftaħ il-programm, b’mużika radjanti u meditattiva ispirata mill-Buddiżmu Tibetjan. Wieħed mill-principals tal-MPO Etienne Cutajar jingħaqad mat-tenur Mark Milhofer fis-Serenade for Tenor, Horn and Strings ta’ Britten, silta li toħloq ambjent poetiku profond. Min-naħa l-oħra, s-Sinfonietta ta’ Poulenc mal-ewwel turik kemm hi mimlija b’vitalità ritmika u spirtu Franċiż. Il-programm jagħlaq bl-emozzjoni ta’ Le Tombeau de Couperin ta’ Ravel, omaġġ lill-ħbieb li tilfu ħajjithom; silta b’elementi Barokki u impressjonistiċi.
Ġeneru
Mużika
Tul
1h 30min

Info
Klassifikazzjoni
5 Years & over
Sena tal-produzzjoni
2026
Producer
Teatru Manoel
Localita
MPO
Fit-Teatru
05/06/2026