Musical Theatre Masterclass

Musical Theatre Masterclass

13 +

Ġeneru

Masterclass

Tul

0h 30min

Għal dawk li jaħdmu fix-xena teatrali

Opportunità unika sabiex titgħallem mingħand wieħed mill-aqwa Diretturi tal-West End Musical

Mark W Dorrell studja l-mużika fl-Università ta’ Cambridge, fir-Royal College of Music u n-National Opera Studio f’Londra.

Huwa kien membru tal-Music Staff tal-Iscottish Opera għal erba’ snin qabel ma rritorna lejn Londra fejn serva fir-rwol ta’ Assistent Direttur tal-musical ‘Into The Woods’. Dan kien l-ewwel pass li wasslu biex jibda jaħdem ma’ Stephen Sondheim fejn Mark kien Direttur Mużikali tal-produzzjoni oriġinali f’Londra ta’ ‘Assassins and Passion’.

Huwa serva bħala Direttur Mużikali fit-Teatru Nazzjonali ta’ Londra għal bosta produzzjonijiet fosthom ‘A Little Night Music’ ma’ Dame Judi Dench, ‘Oklahoma!’ ma’ Hugh Jackman, ‘Peter Pan’ ma’ Sir Ian Mckellen, ‘Mother Courage’, ‘Guys and Dolls’, ‘Lady in the Dark’, ‘Candide’ u ‘Sweeney Todd’.

Wara li ħadem ukoll ġewwa l-Bermuda, fejn mexxa bosta produzzjonijiet fosthom ‘Carmen’ għall-Bermuda Festival, ‘Les Miserables’, ‘Company’, ‘Beauty and the Beast’, ‘Oliver’ u ‘Ragtime’, huwa rritorma Londra bħala l-Kap tal-Mużika tal-ArtsEd.

Mark mar New Zealand 17-il sena ilu, fejn ħadem għan-NZ Opera bħala Kap tal-Mużika, għan-NZ Symphony Orchestra, għan-New Zealand Singing School u għan-NZ School of Music, Victoria University. Bħalissa huwa jokkupa l-kariga ta’ Kap tal-Mużika fil-Musical Theatre School Nasda fi Christchurch.

Mark għandu passjoni kbira għall-musical theatre kif ukoll għat-taħriġ tal-ġenerazzjonijiet futuri. Filfatt jinsab tassew eċċitat li se jżur Malta għall-ewwel darba.

Sessjonijiet individwali

Matul is-sessjonijiet individwali, Mark se jkun qed jesegwixxi kanzunetta tal-għażla tiegħek (hekk kif tibbukkja, inti għandek tibgħat l-mużika permezz ta’ email lil bookings@teatrumanoel.mt).

Info

Klassifikazzjoni

13 Years & Over

Sena tal-produzzjoni

2025

Producer

Teatru Manoel

Localita

Studio Theatre-81 Old Mint Str, Valletta

Fit-Teatru

12/02/2025