Fit-Teatru 21/03/2025

The Coarse Acting Show

The Coarse Acting Show

10+

Ġeneru

Kummiedja

Tul

2h 30min

Agħżel l-Avveniment
Il-produzzjoni ta’ Marzu tal-MADC, THE COARSE ACTING SHOW ta’ Michael Green, b’direzzjoni ta’ Stephen Oliver, tikkonsisti f’sett skatenat ta’ kummiedji qosra brillanti li ‘jmorru żmerċ’ u se tittella’ kemm fit-Teatru Salesjan KIF UKOLL fit-Teatru Manoel.

B’mod divertenti li jifqgħek bid-daħq, kulma jista’ jmur ħażin fi produzzjoni appuntu jmur ħażin. Kull darba, il-battuti tad-dħul ma jinqabdux, l-effetti ma jaħdmux, il-props jintilfu u l-konfużjoni tirrenja, imma l-“atturi tal-ħabbagozz” jissuktaw jitħabtu. Bis-sehem ta’ kast stellari - Alan Paris, Andrea Pace, Brendon Thearle, Craig Abela, Edward Caruana Galizia, Edward Thorpe, Francesca Briffa, Franco Sciberras, Jacob Falzon, Kate De Cesare, Leah Grech, Kim Dalli, Richard Godden u Shaun Rizzo – dan l-ispettaklu tabilħaqq divertenti żgur li mhux ta’ min jitilfu!

L-ispettaklu huwa mqassam f’6 drammi qosra li juru lill-atturi fl-agħar tagħhom. STREUTH, il-misteru ta’ qtil klassiku, A COLLIER’S TUESDAY TEA, drama qalbenija tan-Nord bl-aċċenti mkissra b’kollox, ALL’S WELL THAT ENDS AS YOU LIKE IT, fejn jintmess il-qiegħ tad-dinja teatrali Shakespearjana, THE CHERRY SISTERS, delizzjożament a la Chekov, LAST CALL FOR BREAKFAST, biċċa xogħol minn dawk minfuħa żżejjed stil Arthaud/Beckett, u fl-aħħar nett JULIUS u CLEOPATRA, kompluta bit-tellieqa tal-karrijiet.

Din il-produzzjoni amatorjali ta’ ‘The Coarse Acting Show’ qed tiġi mtellgħa b’arranġament ma’ Concord Theatricals Ltd. f’isem Samuel French Ltd. www.concordtheatricals.co.uk

Shows

Data

Teatru Manoel

Teatru Manoel

Ixtri biljett

Data

Info

Klassifikazzjoni

10 years & over

Sena tal-produzzjoni

2025

Producer

MADC

Localita

Teatru Manoel

Fit-Teatru

21/03/2025