Fit-Teatru 14/03/2025

Rossini’s Petite Messe Solennelle

Rossini’s Petite Messe Solennelle

6 +

Ġeneru

Recital

Tul

1h 30min

Agħżel l-Avveniment
Is-sopran Gillian Zammit, il-mezzo sopran Claire Massa, it-tenur Eduardo Hurtado Rampoldi, il-baxx Louis Cassar u l-kantanti tan-New Choral Singers akkumpanjati minn Joanne Camilleri fuq il-klaviċembalu u mmexxija minn Mro. Michael Laus se jeżegwixxu wieħed mill-aħħar xogħlijiet ta’ Rossini.

Minkejja li trabba fil-fidi Kattolika, Rossini ma kienx magħruf għat-twemmin reliġjuż tiegħu, iżda l-attentati li instintivament jadatta l-istil ħafif li kien juża fl-opri tiegħu għal modi ta’ espressjoni aktar profondi, wieħed jista’ jinnutah kemm fl-iStabat Mater (1841) u kemm fil-Petite Messe Solennelle (1863). Din tal-aħħar kien għamlilha partitura mhux tas-soltu għal 12-il vuċi, żewġ pjanijiet u armonju. Il-Petite Messe Solennelle ta’ Gioacchino Rossini (Quddiesa Solenni Żgħira) inkitbet fl-1863, possibbilment fuq talba tal-Konti Alexis Pillet-Will għal martu Louise, li għaliha din hija ddedikata. Il-kompożitur, li kien irtira mill-kompożizzjoni tal-opri aktar minn 30 sena qabel, iddeskriviha bħala “l-aħħar waħda mill-“péchés de vieillesse tiegħi” (dnubiet tax-xjuħija).

Din il-quddiesa indaqqet għall-ewwel darba fl-14 ta’ Marzu 1864 fid-dar tal-koppja f’Pariġi. Imbagħad, Rossini kien għamel verżjoni orkestrali, b’moviment ieħor żejjed, fejn l-innu “O salutaris hostia” immużikah bħala arja għal sopran.

Shows

Data
Teatru Manoel

Teatru Manoel

Teatru Manoel

Ixtri biljett

Data

Info

Klassifikazzjoni

6 Years & Over

Sena tal-produzzjoni

2025

Producer

Teatru Manoel

Localita

Teatru Manoel

Fit-Teatru

14/03/2025