Fit-Teatru 22/12/2024

Rapunzel - A Tangled Panto

Rapunzel - A Tangled Panto

3 +

Ġeneru

Panto

Tul

2h 45min

Agħżel l-Avveniment
Ippreparaw ruħkom għal avventura maġika ma’ FM Theatre Productions u Rapunzel – A Tangled Panto, miktuba minn Edward Mercieca u diretta minn Luke Mercieca, b’disinn tal-produzzjoni mill-isbaħ ta’ Matthew Cassar u kostumi l-ġmiel tagħhom imfassla minn Denise Mulholland u wirja li żgur se ssaħħrek. Id-Direttur Mużikali Kris Spiteri u l-Koreografu Francesco Nicodeme se jwasslu l-istorja ta’ din il-ħrafa għall-ħajja b’melodiji li jġiegħluk tiżfen u b’waqtiet taż-żfin formidabbli.

Ingħaqad ma’ Edward Mercieca u ma’ Chiara Hyzler huma u jmexxu kast ta’ karattri li ma tinsihomx malajr fuq tfittxija mimlija bid-daħq, seħer, u gost bla waqfien. Id-Dama Tfarfira u sħabha jerħulha biex isalvaw lil Rapunzel, jeqirdu lil Gothel, mara ħażina, u jwasslu lill-prinċipessa maħbuba li kienet mitlufa lura d-dar.

Ipprepara għal lejla msaħħra fejn kull dawra u kantuniera jżommuk fuq xifer is-siġġu. Titlifx din l-esperjenza spettakulari tal-panto – għax hija rigal tal-festi għal kull età!

FM theatre Production hija waħda mill-kumpaniji teatrali ewlenin ta’ Malta. FM Theatre Productions twaqqfet fl-1998 minn Edward u Marika Mercieca, u pproduċiet diversi produzzjonijiet li jinkludu The Wiz, Look No Hans, Slice of Saturday Night, Bugzy Malone, The Vagina Monologues, Chicago, Oliver!, Allo Allo, Are You Being Served?, High School Musical, Hairspray, Cinderella, Ali Baba, RED, Shooting Star, Fiddler On The Roof u ħafna oħrajn. FM Theatre Productions huma wkoll s-sidien tal-franchise Stagecoach Theatre Arts Schools (Malta).

Shows

Data

Teatru Manoel

Teatru Manoel

Ixtri biljett

Data

Teatru Manoel

Teatru Manoel

Ixtri biljett

Data

Info

Klassifikazzjoni

3 Years & Over

Sena tal-produzzjoni

2024

Producer

FM Theatre Productions

Localita

Teatru Manoel

Fit-Teatru

22/12/2024