Beethoven's Hammerklavier Sonata - Season Opening Concert

6 +

Ġeneru

Mużika

Tul

1h 30min

It-Teatru Manoel se jiftaħ il-Programm tal-Istaġun 2024-2025 b’kunċert ta’ żewġ Sonati ta’ Beethoven: il-Hammerklavier Sonata (opus 106) u Sonata Op. 90, imtella’ mill-pjanista rinomata Joanne Camilleri.

Il-Piano Sonata No. 29 f’ B♭ major, Op. 106 (magħrufa bħala l-Hammerklavier) ta’ Ludwig van Beethoven, wieħed ġeneralment jaraha bħala waħda mill-aktar xogħlijiet importanti tat-tielet perjodu tal-kompożitur u waħda fost l-akbar sonata tal-pjanu ta’ kull żmien. Din is-sonata tlestiet fl-1818, u hija kkunsidrata bħala l-aktar kompożizzjoni ta’ Beethoven li hija diffiċli fit-teknika tagħha u waħda mill-aktar xogħlijiet ta’ solista li trid attenzjoni fost ir-repertorju tal-pjanu klassiku. L-ewwel wirja pubblika li hija ddokumentata saret fl-1836 minn Franz Liszt f’Salle Erard, f’Pariġi, fejn Hector Berlioz tah riċensjoni entużjażmanti. Il-kobor tagħha huwa kemm fid-diffikultà teknika kif ukoll fil-kapaċità emozzjonali. Tiftaħ permezz tal-ewwel moviment li huwa esplussiv u erojku, segwit bi Scherzo kapriċċuż, imbagħad b’Adagio ċentrali li huwa ferm liriku u introspettiv, u tagħlaq b’Finale ta’ fuga li ssaħħrek u kumplessa ferm, mimlija b’enerġija intelletwali.

Il-Piano Sonata f’E minor, Op. 90 ta’ Beethoven inkitbet fis-sajf tal-1814 u hija ddedikata għall-Prinċep Moritz von Lichnovski, ħabib u benefattur li għalih kienu ddedikati wkoll l-Eroica Variations. Din hija silta ċajtiera u ħelwa, bl-ewwel movement mimli b’enerġija ta’ passjoni u solitudni, filwaqt li l-moviment ta’ wara huwa ddedikat għall-melodija lussuża u lirika li Beethoven irrefera għaliha b’mod mhux uffiċjali bħala “Konverżazzjoni ferrieħa mal-Maħbuba.”

Info

Klassifikazzjoni

6 Years & Over

Sena tal-produzzjoni

2024

Producer

Teatru Manoel

Localita

Teatru Manoel

Fit-Teatru

01/10/2024