Trio Incendio in Concert

Trio Incendio in Concert

6 +

Ġeneru

Kunċert

Tul

1h 0min

Kunċert minn Tro Incendio minn Praga, biex niċċelebraw is-sena tal-Mużika Ċeka, 2024. Dan it-trio tal-pjanu twaqqaf fl-2016 fi Praga mill-pjanista Karolína Františová, il-vjolinist Filip Zaykov u l-vjolinċellist Vilém Petras u stabilixxa minnufih bħala wieħed mill-aktar ensembles distint u żagħżugħ tal-Ewropa, b’wirjiet f’uħud mill-aktar postijiet eleganti Ewropej bħall-Wigmore Hall f’Londra, il-Philharmonie Berlin u r-Rudolfinum fi Praga. Huma baqgħu jiġu mistiedna għal festivals bħat-Ticino Musica, id-Davos Festival, l-Ohrid Summer Festival jew għall-istaġun tal-mużika da camera tal-Prague Spring Festival.

It-trio rebaħ diversi kompetizzjonijiet internazzjonali bħall-Joseph Haydn Competition fi Vjenna, il-Joseph Joachim Competition f’Weiman, il- Gianni Bergamo Classic Music Award f’Lugano, il-Coop Music Awards fi Cremona, il-Concorso Musicale “Marcello Pontillo” f’Firenze, u l-Bohuslav Martinů Competition fi Praga, fejn ħadu ukoll il-Premju Speċjali għall-aqwa interpretazzjoni tax-xogħol ta’ Martinů.

It-trio jipparteċipa regolarment fl-Akkademja Internazzjonali tas-Sajf f’Reichenau, organizzat mill-Università tal-Mużika ta’ Vjenna. F’din l-Akkademja ingħataw diversi premjijiet għall-aqwa interpretazzjoni tal-mużika kontemporanja Ċeka kif ukoll il-Premju tal-Mużika da Camera għall-aqwa ensemble tal-Akkademja u l-Premju tal-Udjenza.

Bohuslav Martinů: Trio No. 3 f’ C, H.332

Ferenc (Franz) Liszt - Tristia għal trio tal-pjanu, S. 378c (fuq La Valée d’Obermann)

Antonín Dvořák: Trio Nr. 2 g-Moll, Op. 26

Info

Klassifikazzjoni

6 Years & Over

Sena tal-produzzjoni

2024

Producer

Teatru Manoel

Localita

Teatru Manoel

Fit-Teatru

18/09/2024