Laudate Dominum

Laudate Dominum

Ġeneru

Kunċert

Tul

1h 15min

VENUE: ST. JOHN’S CO-CATHEDRAL

Bħala parti mill-impenn annwali marbut ma’ Responsabbilita Soċjali Korporattiva (CSR) il-Malta Enterprise se tkun qed ittella kunċert il-Ġimgħa 4 ta’ Ottubru b’risq iċ-Children in Need Foundation, fondazzjoni li tgħin tfal vulnerabbli fil-bżonnijiet edukattivi, fiżiċi, soċjali u mentali tagħhom. Il-kunċert se jigarantixxi programm mill-isbaħ permezz ta' repertorju li jpaxxi l-widna, fl-ispazju majestuż tal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann il-Belt. Il-fondi miġbura mill-bejgħ tal-biljetti se jmorru kollha għall-Fondazzjoni. Għalhekk, il-kuncert se jkun wieħed li jqanqal l-aspett soċjali, spiritwali, u mużikali.

Il-kantanti Maltin ta' fama internazzjonali Nicola Said (sopran) u Cliff Zammit Stevens (tenur), flimkien mal-korijiet Pueri Cantores Jubilate Deo (taħt id-direzzjoni ta’ Daniela Ellul), u Jubilate Deo se jkunu qed jesegwixxu programm ta’ mużika sagra li jvarja minn Bach sa spirituals, kif ukoll arji magħrufa bħal Ave Maria u Panis Angelicus. Waqt il-kunċert, l-organista tal-Katidral Ronald Camilleri se jpaxxina bl-orgni Mascioni permezz tat-Toccata u l-Fugue f’D minor ta’ Bach u Toccata minn Sinfonija Nru. 5 ta’ Widor. Il-kunċert se jkun taħt id-direzzjoni mużikali tal-Maestro di Cappella tal-Katidral Metropolitan Christopher Muscat.

Info

Sena tal-produzzjoni

2024

Producer

Malta Enterprise

Localita

St John's Co-Cathedral, Valletta

Fit-Teatru

04/10/2024