F'art mbegħda jgħixu karattri li huma sinonimi mal-pantomima – dejjem jistennew sakemm jasal iż-żmien li jkunu l-perċimes ta’ xi avventura fi żmien il-Milied. Madankollu, huma ftit il-karattri li jingħataw xi rwol – il-maġġoranza jdumu s-snin jistennew l-istorja tagħhom tingħata l-ħajja fuq il-palk.
Għalhekk il-Benefattriċi ta’ Cinderella (Fairy Godmother) tiddeċiedi li tipproduċi pantomima żgħira sabiex il-karattri li ma ngħatawx parti din is-sena, ikollhom ċans jiddervertu. Tagħmel l-awdizzjonijiet u tqabbad lil Bajda Silġ, Jack (ta’ Jack and the Beanstalk), u l-armla Twankey (Aladin) biex jirreċtaw fi storja li jirrakkonta Puss (il-Pejxu taż-Żarbun).
Imma l-Volpi l-kattiv (Barnuża Ħamra) għandu pjanijiet oħra. Mikul bl-għira li għal darb’oħra reġa’ ma ntagħżilx bħala karattru prinċipali, jisraq il-ktieb maġiku li jħaddan il-maġija kollha tal-pantomima. Dak li kellu jkun xow divertenti biex il-karattri jgħaddu siegħa żmien jispiċċa ġirja mal-ħin biex tissalva kull pantomima madwar id-dinja!
Tfal ‘il fuq minn 4 snin huma mistiedna li jesperjenzaw din il-pantomima miktuba speċifikament għalihom.
Bil-parteċipazzjoni ta’ Dorothy Bezzina (direttur), Malcolm Galea (kittieb) u Matteo Depares (kompożitur).

Info
Klassifikazzjoni
4 years & over
Sena tal-produzzjoni
2023
Producer
Teatru Manoel
Localita
Studio Theatre-81 Old Mint Str, Valletta
Fit-Teatru
08/12/2023